Lokali

Il-ġurnali dalgħodu

Ħarsa lejn il-ġurnali llum, it-Tnejn 16 ta’ Frar 2015.

IN-NAZZJON bl-istorja ewlenija dwar il-mod kif in-Nadurin jinsabu rrabjati għall-Gvern li jrid jeqred il-Belveder. Dan wara li applikazzjoni tal-MEPA biex il-Belveder tan-Nadur jinqered bil-bini ta’ ħajt għoli, se jagħlaq kull aċċess għall-veduta imprezzabbli tal-fliegu u l-port tal-Imġarr.

TIMES OF MALTA tirrapporta b’mod ewlieni l-ħidma tal-Forzi Armati ta’ Malta li assistew fis-salvataġġ ta’ 1,000 immigrant flimien mal-Gwardja tal-Kosta Taljana. Storja oħra tgħid li l-ewwel applikanti tal-iskema taċ-ċittadinanza se jkunu qed jingħataw il-passaporti dalwaqt.

L-ORIZZONT b’storja dwar il-General Workers Union u dwar kif din tisfida lill-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid jekk Gvern Nazzjonalista kienx għamel kirja ta’ propjeta’ mingħand ‘union’,

THE MALTA INDEPENDENT b’tlett stejjer fil-faċċata, l-ewwel dwar il-każ ta’ John Dalli, bil-ġurnal jirraporta li l-eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit qed jibqa’ jgħid li ma kienx hemm biżżejjed evidenza biex jitressaq John Dalli l-Qorti. Ritratt, intitolat ‘Exodus from Libya’ jidher ukoll fil-faċċata, b’The Malta Independent tirrapporta dettallji mill-assistenza li taw il-Forzi Armati ta’ Malta bl-operazzjoni ta’ salvataġġ ta’ 1,000 immigrant.