L-aħbarijiet li ħergin mill-Libya huma tassew inkwetanti. Wara l-massakru ta’ 21 Eġizzjan mill-grupp terrorista IS u li kien muri lid-Dinja permezz tal-internet, l-qawwa tal-ajru Eġizzjana attakkat l-istazzjon tar-radju użat minn dan il-grupp kif ukoll postijiet ta’ taħriġ tal-Istat Iżlamiku fil-Libya.
L-Ewropa u d-Dinja ma jistgħux jibqgħu passivi u siekta. L-appell li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil biex pajjizna jippressa lil Unjoni Ewropeja sabiex flimkien mal-Ġnus magħquda tintervjeni fil-Libya mill-aktar fis possibli huwa f’waqqtu. Ta’ min jgħid li anke l-Prim Ministru Muscat fid-diskors tiegħu jidher li wkoll għandu l-istess ħsieb.
Pajjizna għandu interess li l-inkwiet li wasal proprju fuq l-għatba tagħna ma jidħolx fl-Ewropa. M’għandix dubbju li l-Gvern Malti ser isib lill-Oppożizzjoni id f’id miegħu sabiex nipproteġu l-interess u s-sigurta’ ta’ pajjizna. F’sitwazzjonijiet bħal dawn ma jibqax Gvern u Oppożizzjoni iżda poplu sħiħ li jiġbed ħabel wieħed.
//= $special ?>