F’Jum San Valentinu, il-ħolma ta’ Dylan Domenici saret realtà meta saqsa lill-maħbuba tiegħu, Charlene Ellul, biex tiżżewġu quddiem il-funtana animata tal-Laguna Walk fi SmartCity Malta.
Charlene kienet fis-seba’ sema meta Dylan ipproponielha fil-Laguna Walk maġika li kienet imżejna bil-bżieżaq għal Jum San Valentinu. Waqt il-proposta, il-kanzunetta tal-koppja dwiet madwar il-Laguna Walk u wara, il-maħbubin marru jieklu fil-Laguna Restaurant fejn gawdew il-mużika romantika tal-vjolinist, Val Montfort li kien qed idoqq fir-ristoranti tal-Laguna Walk matul il-lejla.
Filwaqt li kien qed jitkellem dwar l-avveniment memorabbli, Dylan qal: “Għażilt li nissorprendi lil Charlene bi proposta fil-Laguna Walk, mhux biss għax il-post hu spettakolari u romantiku, imma wkoll għax l-ewwel darba li tkellimna dwar żwieġ kienet fil-Laguna Walk, allura I-post huwa tant marbut ma’ qalbna. Kuntent immens li qalet iva u ninsab grat lejn il-maniġment ta’ SmartCity Malta tal-kooperazzjoni tagħhom sabiex jgħinuni nagħmel din il-proposta suċċess.”
//= $special ?>