Matul il-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn, l-ISIS mil-Libja ħarġu filmat fejn wissew lill-Italja li mis-Sirja issa jinsabu fuq l-għatba ta’ Ruma.
Dan fl-istess ħin li ħarġu filmat tal-qtugħ tar-ras ta’ 21 Nisrani Eġizzjan mal-kosta Libjana u hekk kif l-Italja evakwat 44 uffiċjali mill-ambaxxata fil-pajjiż.
L-ISIS ilhom jagħmlu theddid lill-Italja, u saħansitra ftit tax-xhur ilu kienu ħarġu ritratt tal-bandiera tal-ISIS tperper fil-Vatikan.
Mhedda lanċa tal-Kosta tal-Gwardja Taljana
Waqt li kienet qed issir l-evakwazzjoni tal-uffiċjali Taljani lejn Malta, kien hemm inċident fejn lanċa mimlija rġiel armati resqet qrib ħafna ta’ lanċa tal-Gwardja tal-Kosta Taljana li kienet qed tgħin grupp ta’ immigranti llegali.
L-uffiċjali tal-Gwardja tal-Kosta fl-Italja ma jkunux armati u għalhekk, malli waslet din it-theddida, kien ordnat li huma jħallu ż-żona immedjatament malli jsalvaw lill-persuni f’diffikulta.
//= $special ?>