L-Eġittu attakka mill-ajru pożizzjonijiet tal-ISIS fil-Libja bħala ritaljazzjoni għal filmat makabru tal-qtugħ ir-ras ta’ 21 Eġizzjan Koptiku Kristjan li kien ilhom maqbuda bħala ostaġġi għall-aħħar ġimgħat.
Kelliem għall-Armata Eġizzjana ħabbar l-attakki mill-ajru iktar kmieni fuq stazzjon tar-radju lokali. Dan hu l-ewwel episodju fejn il-Kajr ħabbar pubblikament azzjoni militari fil-pajjiż ġar tal-Libja.
Jidher li l-attakki saru fuq riservi ta’ armi u kampijiet ta’ taħriġ. Tħabbar ukoll li anke’ l-forzi tal-ajru Libjani wettqu attakki mill-ajru fuq il-belt ta’ Darna, li tinsab fil-kontrol ta’ grupp affiljat mal-ISIS.
//= $special ?>