Manchester United se jkunu qed jilqgħu lill-holders Arsenal fl-aktar konfront mistenni fil-kwarti tal-finali tal-FA Cup wara li lbieraħ kellhom jitħabtu ferm biex eliminaw lit-tim minn League One ta’ Preston North End 2-1 wara li sabu ruħhom minn taħt.
United bdew tajjeb u veloċi u deher li kienu se jagħtu prestazzjoni tajba imma spiċċaw kuntenti jilagħbu logħba ta’ pussess fejn għalkemm kellhom 70% tal-ballun f’saqajhom fl-ewwel taqsima, ma kellhomx xutt wieħed fil-lasta avversarja.
Appena żewġ minuti fit-tieni taqsima ġara dak li ħadd ma kien qed jistenna f’Deepdale hekk kif l-istadium sploda bil-ferħ meta Scott Laird ġera għal passaġġ ta’ Joe Garner u l-konklużjoni tiegħu kienet imxellfa minn Antonio Valencia u spiċċat wara De Gea.
Il-gowlkiper Spanjol kien bla dubju l-aqwa plejer ta’ United tul l-istaġun kollu imma żġur li seta’ evita l-gowl.
Iżda bid-dħul ta’ Ashley Young United dehru aħjar, żiedu r=-ritmu u fil-65 minuta rnexxielhom, iġibu d-draw. Kien Ander Herrera li kkonkluda fix-xibka fuq suġġeriment tal-istess Young b’Rooney f’pożizzjoni ta’ offside deher li seta’ tellef il-vista tal-gowlkiper Thorsten Stuckmann li għalkemm ipprotesta, il-gowl kien konvalidat.
Seba’ minuti wara kien Marouane Fellaini li poġġa lil United mal-aħħar tmienja meta skorja mill-viċin fuq rebound wara li Stuckmann kien salvalu daqqa ta’ ras minn cross ta’ Antonio Valencia.
U fl-aħħar ftit minuti, Rooney skorja Penalty. Dan kien l-ewwel gowl għall-Rooney fl-2015.
Sadanittant qabel l-aħħar logħba mill-ħames round ilbieraħ ittellgħu l-poloz tal-kwarti tal-finali.
Bradford City, li eliminaw lil Chelsea u Sunderland fiż-żewġ rounds preċedenti ingħataw polza oħra f’darhom din id-darba kontra Reading waqt li Liverpool se jkunu mpenjati f’Anfield kontra t-tim miċ-Championship ta’ Blackburn Rovers.
Il-konfront l-ieħor mill-aħħar tmienja se jlaqqa’ kontra xulxin żewġ klabbs tal-Premier, Aston Villa u West Brom.
Il-poloz irriżultaw hekk:
FA Cup
V Rd
Preston NE v Man Utd 1-3
Fil-K/F
Bradford C v Reading
Man Utd v Arsenal
Aston Villa v West Brom
Liverpool v Blackburn
Il-partiti se jintlagħbu fis-7/8 ta’ Marzu
Serie B
Catania v Crotone 1-1