Żagħżugħ Sirjan ta’ 20 sena ġie mmultat €3,800 u tpoġġa taħt probation għal sentejn wara li nstab fil-pusses tad-droga kannabis u li ħebb għall-uffiċjal tal-Pulizija nhar il-Ħadd li għadda fil-Gżira.
lnafouri Mohamad Nour, residenti San Ġwann ammetta li kien fil-pusses tad-droga kannabis, li ħebb għall-Pulizija u ma obdiex l-ordnijiet leġittmi tal-Pulizija. Huwa ammetta wkoll li kiser il-paċi pubblika, li kiser il-kundizzjonijiet mogħtija lilu mill-Qorti u li sar reċidiv.
Nour kien arrestat wara mill-Pulizija li kienu qegħdin jagħmlu r-ronda fejn dawn innutawh li kien qed isuq mingħajr ma kien liebes “seat belt”. Il-Pulizija saqu warajh u rawh iwaddab biċċa “foil” barra mit-tieqa. Il-Pulizija baqgħu jsiru warajh u xegħlu d-dawl “blue” għall-attenzjoni, u ftit wara s-Sirjan waqaf.
Żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija mexxew sal-inħawi fejn huwa waddab il-“foil” suspettata droga. Ftit tal-ħin wara wieħġed mill-membri tal-Korp tal-Pulizija, mar lura fejn il-karozza tas-servizz, u l-ieħor qagħad ma’ Nour li kien immanettjat.
F’ħin minnhom iżda, s-Sirjan ta daqqa b’idejh lill-Pulizija u dan waqa’ ma’ l-art.
Is-Sirjan ipprova jiddistruġġi d-droga dak il-ħin. Nour ammetta l-akkużi miġjubin kontrih u kkommetta ruħu wkoll li jħallas għal xi ħsara li huwa kkawża fuq karozza pparkjata. L-Ispetturi Pierre Grech u Jason Sultana mexxew il-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Gianluca Caruana Curran deher għas-Sirjan.
//= $special ?>