Mijiet ta’ oqbra Lhud f’ċimiterju f’Sarre-Union fi Franza, spiċċaw vandalizzati bi swastikas u bi kliem assoċjati man-Nażismu.
Il-Prim Ministru Franċiż Manuel Valls qal li se jsir kull sforz biex jinqabdu l-ħatja “li wettqu att anti-Semitiku li hu insult lill-memorja”.
Fi Franza, l-attakki kontra l-Lhud żdiedu fl-aħħar snin, fosthom l-attakk fuq supermarket f’Pariġi x-xahar li għadda minn persuni armati Iżlamisti, li ħalla l-vittmi.
Skont il-Ministru tal-Intern Franċiż, issejjaħ tim speċjali investigattiv biex jinvestiga dak li seħħ fiċ-ċimiterju.
//= $special ?>