Dalgħodu kien hemm attakki mill-ajru fuq il-belt Libjana ta’ Derna, il-belt fejn l-ISIS stabbilew il-bażi tagħhom fil-Libja. L-attakki saru minn ajruplani militari Eġizzjani. Attakki li l-Kajr konferma li saru mill-militar Eġizzjan. Dan bi tpatija għall-qtugħ tar-ras ta’ 21 Nisrani Eġizzjan mill-ISIS li kienu nqabdu ostaġġ fil-Libja.
Dawn l-attakki kienu l-ewwel intervent militari uffiċjali Eġizzjan barra l-pajjiż f’20 sena.
RITRATTI: L-attakki tal-ajru ta’ dalgħodu fuq Derna fil-Libja
