L-eks kowċ nazzjonali tal-Brażil Luiz Felipe Scolari abbanduna lit-tim ta’ Gremio ħames minuti qabel tmiem il-partita li fiha tilfu 1-0 kontra t-tim modest ta’ Veranopolis.
Scolari qal li keċċa lilu nnifsu ħames minuti qabel it-tisfira finali biex ‘jevita argumenti’ wara telfa imbarazzanti. Kienet it-tielet telfa f’erba’ partiti għal Gremio.
Scolari kien kritikat bil-qawwi talli abbanduna lil Gremio imma l-kowċ ta’ 66 sena qal li d-deċiżjoni ttieħdet biex ‘jikkalma’ wara li ra l-wirja fqira tat-tim tiegħu kontra Veranopolis li kienu qed jiksbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat.
“Keċċejt lili nnifsi. Impossibli li nkun imbarazzat aktar minn hekk. Dak li għamel it-tim illum ma kellu x’jaqsam xejn mal-affarijiet li nagħmlu fit-taħriġ. Lanqas ħaqq inkompli u niddiżappunta lill-partitarji ta’ Gremio. Ma kien hemm xejn aktar xi stajt nagħmel fil-pitch u għalhekk mort fid-dressing room. Il-każ issa hu magħluq. Tlaqt għaliex ma ridtx li nkun involut f’xi argumenti wara l-partita. L-avversarji tagħna ġew għandna, studjaw il-mod kif nilagħbu u mbagħad rebħulna,” qal Scolari.
//= $special ?>

