L-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) wissiet li entita’ magħrufa bħala Zenith Funds Limited, b’P.O. Box u indirizz fiżiku f’Malta ma hix kumpanija reġistrata f’Malta u lanqas ma hi entita’ liċenzjata jew awtorizzata b’xi mod ieħor mill-MFSA biex tipprovdi xi tip ta’ investiment jew servizz finanzjarju.
Fi stqarrija l-MFSA wissiet li l-website ta’ Zenith Funds Ltd fiha informazzjoni falza u qarrieqa, inkluż użu illeġittimu ta’ indirizz f’Malta li jappartjeni lil kumpanija oħra mhux relatata u l-uzu ta’ indirizz ta’ P.O. Box li ma jeżistix.
Ghaldaqstant, l-MFSA twissi lill-pubbliku biex ma jidħolx fi transazzjonijiet jew b’xi mod ieħor jirrelata ma’ Zenith Funds Ltd.
L-MFSA tfakkar lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex ma jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji sakemm ma jkunux aċċertaw infushom li l-entita’ hija awtorizzata tipprovdi servizzi finanzjarji mill-MFSA jew regolatur ieħor ta’ reputazzjoni tajba. >>>>
//= $special ?>