Internazzjonali

Xandir li jista’ jipprovoka ‘inkwiet mill-aljeni’

Ix-xjenzati huma mħassbin dwar pjan biex il-messaġġi qawwija bir-radju jkunu trasmessi ‘lejn iċ-ċivilizzazzjonijiet tal-aljeni li jistgħu jeżistu’. Dan fost il-biża’ li s-sinjali tal-eżistenza tal-bnedmin jirriżultaw ‘f’xi intervent minn aljeni li jridu jagħmlu l-ħsara lill-bnedmin f’din id-dinja’.

Il-personalitajiet wara l-proġett ‘Search for Extraterrestrial Intelligence (Seti)’, li ilu għal dawn l-aħħar ħamsin sena, jużaw ir-‘radio telescopes’ biex jindikaw is-sinjali potenzjali mill-ispazju li jitqiesu bħala barra min-normal.

Huma, issa, pproponew forma ta’ tfittxija ‘attiva’ magħrufa bħala Meti ( Messages to Extraterrestrial Intelligence), fejn jimmiraw is-sinjali lejn iz-zoni tal-galassija fejn jistgħu jeżistu l-pjaneti u l-ħajja. Madankollu, il-kritiċi jemmnu li l-proposta tmur kontra l-prinċipji ta’ Seti biex ‘jisimgħu u mhux jittrasmettu’, waqt li wissew dwar ‘il-gwaj potenzjali li jista’ jinħoloq’.