Internazzjonali

Xi tfisser il-bandiera tal-ISIS?

Il-bandiera s-sewda bil-kliem Għarbi bl-abjad li tittajjar mill-militanti tal-ISIS dehret tittajjar kullimkien fix-xhur li għaddew. Iżda x’inhuma l-oriġini ta’ din il-bandiera?
Il-bandiera xi kultant tissejjaħ l-Istandard Iswed jew l-Istrixxun Iswed. L-istrixxun iswed tal-Islam hu idea li tmur lura sas-seklu tmienja, meta t-Tieni Dinastija tal-Islam telgħet fil-poter bi strixxuni suwed.

Il-kitba bl-abjad li wieħed jara fuq in-naħa ta’ fuq tal-bandiera hi l-ewwel nofs tal-frażi msejħa shahada, jew dikjarazzjoni ta’ fidi, li taqra: “M’hemm ebda alla imma Allah, Muħammed hu l-messaġġier ta’ Alla.”

Ix-shahada sħiħa tinstab fuq ħafna bnadar differenti madwar id-dinja Iżlamika, inkluż il-bandiera uffiċjali tal-istat tal-Għarabja Sawdita. Iżda l-frażi tal-ISIS tgħawweġ is-sinifikat tal-prinċipju Iżlamiku.

Iżda studjużi jemmnu li l-użu tal-frażi mill-militanti qed tibgħat messaġġ verament żbaljat.
Simbolu ieħor fuq il-bandiera hu ċ-ċirku abjad fiċ-ċentru, li jinkludi t-tieni parti tax-shahada:
“Muħammed hu l-Messaġġier ta’ Alla.”

Din it-tieni parti suppost li tirrapreżenta t-timbru uffiċjali tal-Profeta Muħammed, iżda l-istudjużi kien ilhom jiddibattu dwar x’inhu eżatt dan it-timbru.

Iż-żewġ frażijiet Għarab, il-kulur iswed tal-bandiera u anki l-kliem abjad bl-Għarbi, ilkoll jinvokaw dehra tal-kalifat Iżlamiku storiku – l-istat enormi li l-ISIS qed jgħid li qajjem mill-ġdid.