Ix-xita u l-maltemp dalgħodu kkawżaw traffiku f’diversi toroq, partikolarment fiċ-ċentru tal-pajjiż. Matul is-sigħat ta’ dalgħodu kienu rrappurtati diversi inċidenti, li anke komplew iżidu l-problema tat-traffiku.
Fost oħrajn, f’Ħal Qormi kien hemm mumenti fejn it-traffiku kien staġnat wara li karozza tal-linja tal-Autobuses de Leon ġarrbet ħsara u waqfet hdejn il-posta, fid-direzzjoni tal-Ħamrun. Fost postijiet oħrajn, intlaqat ħafna wkoll Ħal Lija, fejn minkejja l-proġett li sar fix-xhur li għaddew biex jiġi kkontrollat l-għargħar, dalgħodu xorta deher ammont sostanzjali ta’ ilma.
(Ritratti: Martin Agius)
//= $special ?>