Eluf ta’ Libjani nġabru fil-pjazza prinċipali tal-kapitali Tripli, il-Pjazza tal-Martri, biex jiċċelebraw 4 snin mill-bidu ta’ revoluzzjoni li rat il-waqgħa tar-reġim dittatorjali ta’ Muammar Gaddafi.
Kif jixhdu r-ritratti, minkejja t-theddida tal-Istat Iżlamiku, eluf xorta ħarġu jiċċelebraw dan il-mument speċjali fl-istorja tal-Libja, ixejjru bnadar tal-Libja u jkantaw innijiet patrijotti.
U dan meta għal dawn l-aħħar snin, il-pajjiż Libjan kien mifrud bi ġlied tribali bejn fazzjonijiet differenti tal-Libja.
//= $special ?>