Lokali

Filmat: Simon Busuttil jieħu sehem fil-kampanja “Stop Hate”

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ingħaqad ma’ politiċi u personalitajiet oħra f’Malta fil-kampanja organizzata minn Bay Radio, bl-isem ta’ “Stop Hate”.

Fil-messaġġ tiegħu, Simon Busuttil sostna li ħadd ma jista’ jieħu d-dinjità ta’ ħaddieħor u għalhekk appella biex min hu vittma tal-bullying jitkellem, jieħu azzjoni u jikxef lil min qed jabbużah.

Il-kampanja, iffukata fuq il-bullying li jsir permezz tal-internet, hi intiża biex jitnaqqas dan it-tip ta’ aġir li, aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed jiżdied.