Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum, it-Tlieta 17 ta’ Frar.

IN-NAZZJON tkompli ssegwi l-każ tal-uffiċċju tal-ARMS li jinsab fil-Workers’ Memorial Building. Jgħid li l-GWU qed tipprova tiġġustifika u titfa’ t-tajn fuq il-UĦM. L-istess ġurnal jgħid li n-nies tan-Nadur huma rrabjati għall-Gvern u l-pjan li jinqered il-Belveder.

THE TIMES OF MALTA tgħid li l-Libjani lesti jingħaqdu jekk ikun hemm qawwiet barranin fuq arthom.

L-ORIZZONT jirrapporta li l-Gvern Malti lest jgħin jekk ikun hemm azzjoni min-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja.

Anke THE MALTA INDEPENDENT tirrapporta dak li qal Muscat ilbieraħ, fejn sostna li pajjiżna jista’ jkun “punt ta’ komunikazzjoni” jekk issir missjoni militari min-Nazzjonijiet Uniti.