Internazzjonali

Imutu fi traġedja waqt il-karnival f’Haiti

Talanqas 18 il-persuna tilfu ħajjithom fil-Haiti wara li ċeda cable tal-elettriku għal fuq karru mimli bin-nies qed jiddevertu waqt it-tieni jum tal-karnival, fl-inħawi ta’ Port au Prince.

Mifhum li l-inċident seħħ wara li persuna fuq il-karru użat injama ħalli ‘ċċaqlaq’ cable ta’ stallazzjoni tal-elettriku li kien qed ‘itellef’ l-isfilata.

Intant, it-tobba fl-isptar ta’ Port au Prince qalu, wara, li numru ta’ nies mietu b’xokkijiet tal-elettriku waqt li oħrajn tilfu ħajjithom fost il-paniku u l-konfużjoni ta’ dak il-ħin. Dan meta indarbu wkoll l-għexieren tan-nies fil-kaos.

Il-President ta’ Haiti, Michel Martelly, bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi permezz ta’ Twitter