Internazzjonali

Isalva t-tifel li twieled ġo toilet ta’ ferrovija

It-tobba fl-isptar ta’ Hanumangarh, fl-Indja, ikkonfermaw li ‘se jgħix’ it-tifel li twieled, jiem ilu, ġo toilet ta’ ferrovija u li ftit wara spiċċa jaqa’ minn ħofra għal fuq it-‘tracks’ tal-istazzjon.

L-omm tat-tifel kienet intilfet minn sensiha wara t-twelid li seħħ waqt li l-ferrovija kienet għaddejja minn Rajasthan, Intant, l-omm issa ingħaqdet ma’ binha, bil-każ kurjuż qed ikun segwit ħafna fl-Indja u ‘l hinn minnha.

Kien proprju gwardjan għassa ma’ maħżen (qrib fejn kienet għaddejja l-ferrovija) li sama’ l-biki tat-tarbija u ġibed l-attenzjoni tal-uffiċjali tal-istazzjon, li sabu liċ-ċkejken fl-art u ġabruh.

Ħafna mit-toilets fuq il-ferroviji, fl-Indja, għandhom ħofra fl-art u din mhix l-ewwel darba li seħħew inċidenti simili.