Internazzjonali

Iż-żejt mil-Libja ‘kważi qoxqox’

L-esportazzjoni taż-żejt mil-Libja naqset għal kważi ‘taqtira’ minn żewġ ‘offshore platforms’; bil-vjolenza kontinwa qed twassal għall-għeluq tal-portijiet ewlenin kollha fil-pajjiż.

Imkejjen infurmati sostnew li lanqas tanker wieħed taż-żejt ma telaq mil-Libja f’din l-aħħar ġimgħa, b’dan ikun ikkonfermat mis-sistemi (tat-tracking) li jissorveljaw il-movimenti tal-vapuri. Intant, ‘l-ikkrollar tas-sistema’ ifisser li l-esportazzjoni taż-żejt mil-Libja niżlet sal-agħar livell minn żmien il-gwerra ċivili tal-2011 u jindika kemm dan il-pajjiż , illum, wasal ‘fix-xifer’.