Tfajla sfat misruqa hekk kif it-Tnejn filgħaxija kienet miexja fi Triq Santa Tereża f’Bormla. Jirriżulta li għall-ħabta tat-8:15 p.m., raġel liebes hoodie mexa lejn it-tfajla u ħatfilha l-hand bag.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post u t-tfajla mmedjatament marret tiġri warajh fid-direzzjoni tal-waterfront tal-Birgu. Madankollu t-tentattiv tat-tfajla kien kollu għalxejn.
Fil-handbag it-tfajla kellha diversi oġġetti personali kif ukoll flus kontanti, li madankollu ma jaqbux il-mitt ewro.
//= $special ?>