Lokali Qorti

Jinqabad qabel ma jabbuża mid-droga fil-ħabs

Raġel barrani, iktar kmieni llum, ġie interrogat minn membri tal-Korp tal-Pulizija wara sejba ta’ biċċa
foil fiċ-ċella tiegħu.

Din is-sejba saret mill-istaff tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, li minnufih infurmat lil għassa ta’ Raħal Ġdid.

Hu ammetta li sab dik il-foil mal-art u żammha biex ikun jista’ jużaha filgħaxija, qabel ma jorqod. Wara iktarmistoqsijiet, hu stqarr li kien se jużaha biex jaħraq id-droga fuqha.

Mistoqsi minn fejn kelli l-ħsieb li jikseb id-droga, hu qal li kien se jiksibha mid-Diviżjoni tal-Ħabs stess.
Fil-kamra tal-priġunier instab ukoll mobile tat-tip Nokia, flimkien ma’ charger, li issa gew ikkonfiskati mill-awtoritajiet tal-ħabs.

Il-Pulizija infurmat lil Maġistrat tal-Għassa, li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta.