Il-President tal-Eġittu, Abdel Fattah al-Sisi, qal li pajjiżu m’għandux għażla ħlief li jinsisti biex in-Nazzjonijiet Uniti tghaddi rizoluzzjoni li tippermetti biex il-qawwiet internazzjonali jintervjenu kontra l-ISIS fil-Libja.
Sadanittant, mifhum li l-qawwiet Eġizzjani se jkomplu bl-attakki kontra l-ISIS fit-territorju Libjani, iżda għalissa ma jidhirx li hemm il-ħtieġa li jintbagħtu t-truppi fil-Libja proprja.
L-ajruplani tal-gwerra Egizzjani, fil-bidu tal-ġimgħa, ibbumbardjaw il-miri tal-ISIS fil-Libja bhala ritaljazzjoni ghall-filmat ta’ jiem ilu li wera l-qtil brutali tal-Kristjani Kopti Egizzjani taht idejn it-terroristi tal-grupp.
L-aħħar attakki mill-ajruplani tal-gwerra Egizzjani kkonċentraw fuq il-kampijiet għat-tahrig tat-terroristi qrib il-belt Libjana ta’ Derna u fejn anki ntlaqtu l-imhazen tal-armi tal-istess terroristi tal-ISIS.
Sadanittant, il-firxa tal-ISIS fil-Libja qanqlet il-preokkupazzjoni tal-Ewropa, u l-President Egizzjan, al-Sisi, ħeġġeġ ukoll biex jitpoġġew l-armamenti ghad-dispozizzjoni tal-Gvern Libjan ibbażat f’Tobruk li hu rikonoxxut mill-komunita internazzjonali. Intant, il-Libja għandha Gvern Libjan ieħor li għandu s-sede fi Tripli u li għandu l-appoġġ tal-gruppi Iżlamiċi.
//= $special ?>