Se tkun il-25 edizzjoni tal-Malta Journalism Award, avveniment li fih l-aqwa xogħolijiet ġurnalistiċi Maltitn jkunu rikonoxxuti.
Din l-edizzjoni tnediet waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizztaa miċ-Chariman il-ġdid tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin Karl Wright u l-koordinatur tal-awards Roderick Agius.
Karl Wright tkellem dwar il-mod kif il-ġurnalisti Maltin għandhom ikunu kburin bix-xogħol tagħhom u sostna li huma ħafna l-każi li jsiru pubbliċi u dwarhom jittieħdu passi propja minħabba l-investigazzjonijiet tal-ġurnalisti.
Iċ-chairman tal-Istitut tal-Ġurnalisti qal li l-Istitut qed iwettaq ħidma fuq diversi binarji li jitrattaw l-aspett ġurnalistiku tal-professjoni.
Il-25 edizzjoni tal-Malta Journalisim Awards se tinkudi rikonoxximenti għall-ġurnaliżmu stampat, ġurnalizmu mxandar, ġurnaliżmu elettroniku u kategorija ġenerali li tinkludi ħidma ġurnalistika barra minn Malta, ġurnaliżmu sportiv, ġurnaliżmu kulturali, ġurnaliżmu ambjentali u artikli ta’ opinjoni.
Se jingħata wkoll rikonoxximent għall-ġurnalisti li jħaddmu tajjeb il-lingwa Maltija.
Bħall-aħħar edizzjoni tal-Malta Journalisim Awards, din is-sena se jingħata l-Gold Award lil ġurnalist li jkun ta kontribut twil lill-ġurnaliżmu Malti.
Is-sottomissjonijiet jistgħu jsiru fid-19 ta’ Marzu u l-artikli jridu jkunu ġew imxandra jew ippubblikati bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2014.
Il-finalisti se jitħabbru fil-15 ta’ Mejju 2015 waqt li r-rebbieħa se jitħabbru fl-10 ta’ Lulju.
Id-dettalji jistgħu jinkisbu minn fuq il-websajt www.igm.org.mt
//= $special ?>