Lokali

Maltemp għall-aħħar jum tal-Karnival – jitħassru l-attivitajiet ta’ filgħodu

L-AĦĦAR ŻVILUPPI : L-attivitajiet tal-karnival ta’  dalgħodu tħassru, iżda jidher li l-karnival tal-lejla se jsir xorta waħda.

Aktar kmieni …

Kollox jindika li l-ahhar jum tal-Karnival se jkun immarkat b’xita u maltemp.

Illejla huma pjanati l-ahhar ċelebrazzjonijiet tar-Renju tal-bluha, hekk kif il-programm tal-Karnival jissokta fil-Belt Valletta u anke f’Għawdex. Iżda żgur li x-xita se ttellef xi ftit, partikolarment l-atmosfera li jkun hemm illejla fil-Gran Defile bil-karrijiet fi Triq Sant Anna.

Għad-dilettanti tal-ħelu, il-festa tal-perlini u l-prinjolata tispiċċa llum. Min għada jibda r-Randan Imqaddes – perjodu li fih il-Knisja Kattolika tħeġġeġ għas-sawm u l-astinenza bi preparazzjoni għall-ġranet li jwasslu sal-Ġimgħa l-Kbira.

Karniva