Il-kantanta, Lesley Gore, li fis-snin sittin kisbet suċċess kbir bil-kanzunetta ‘It’s My Party’ mietet mill-kanċer fi sptar ta’ New York.
Gore kellha biss sittax il-sena meta, fl-1963, ‘It’s My Party’ telgħet fil-quċċata tal-klassfika tal-‘hits’ fl-Istati Uniti.
Intant, Gore, li kienet anki tikkomponi l-kanzunetti kellha suċċessi oħra b’’You Don’t Own Me’ u Out Here On My Own, mill-film tal-1980, ‘Fame’.
//= $special ?>