L-eks champion tal-Ferrari Michael Schumacher tilef 25 kilo, u issa jiżen biss 45 kilo wara l-inċident tad-29 ta’ Diċembru 2013.
Dakinhar, fil-muntanji ta’ Meribel, fl-Alta Savoia, Schumacher kien involut f’inċident waqt li kien skiing. Hu ħabat rasu u spiċċa f’koma kawża tad-danni f’moħħu li sofra.
Minn dakinhar, Schumacher għamel biss progress limitat ħafna, minkejja li l-familja nefqet xejn inqas minn 13-il miljun ewro u nofs. Dan biex Schumacher seta’ jittieħed id-dar, f’kamra li nbidlet b’apparat mediku, u tim ta’ 15-il speċjalist jassistuh 24 siegħa kuljum.
Sa llum Schumacher għadu ma jitkellimx jew jimxi u għandu koxjenza limitata ta’ dak li qed jiġri madwaru.
Skont il-Professur Jean-François Payen, fost l-ewwel li assistew lil Schumacher wara l-inċident, għad fadal mill-inqas tliet snin biex il-Ġermaniż juri xi ftit tal-progress.
//= $special ?>