Vettura f’Ħal Qormi ħadet in-nar fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu. L-inċident seħħ fi Triq l-Oratorju f’Ħal Qormi, bil-Pulizija tissejjaħ fil-post.
Il-vettura, tat-tip Peugeot, instabet bin-nirien fil-bonett tal-vetttura, flimkien ma ħuġġieġa mir-roti ta’ quddiem.
Il-Pulizija ikkkontrollat is-sitwazzjoni bl-użu ta’ fire extinguishers, filwaqt li r-residenti tad-dar viċin din il-vettura ġew evakwati għall-raġuni ta’ sigurta’.
Fil-post, il-Pulizija sabu wkoll vażett tal-ħġieġ b’biċċa ċarruta ħdejh. Is-sid tal-vettura ċaħad li l-karozza kellha xi problemi tekniċi fl-aħħar jiem.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar il-każ.
//= $special ?>