Żewġ membri tar-Risk Management Committee tal-Enemalta huma Ċiniżi – Xin Chen u Yimin Xu.
Dan ikkonfermah fil-Parlament il-Ministru għas-Saħħa u l-Enerġija, Konrad Mizzi, fi tweġiba li ta fil-Parlament għal mistoqsija tax-Shadow Minister Jason Azzopardi, li staqsa lill-Ministru Mizzi jgħid min huma l-membri preżenti tar-Risk Management Committee tal-Enemed u/jew tal-Enemalta.
Il-membri l-oħrajn fir-Risk Management Committee huma Henry Attard, Fredrick Azzopardi, Francis Cassar, Kevin Chircop, Emanuel Ellul, Antoine Galea, Ian Sapiano, Jonathan Scerri u Godfrey Scicluna.
//= $special ?>