Lokali

Żewġ tfajliet ta’ 16-il sena rappurtati nieqsa

Żewġ tfajliet ġew irrappurtati nieqsa lill-Pulizija nhar il-15 ta’ Frar 2015. Deborah Farrugia u Raisa Gili għandhom sittax-il sena u huma residenti l-Ħamrun u l-aħħar li dehru kien f’Santa Venera.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar Farrugia u/jew Gili jista’ jagħddiha lill-Pulizija, anka b’mod anonimu, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224 001-9 jew Crime Stop 119.

Wieħed jista’ jagħti informazzjoni anke fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.