Il-passiġġiera li dalgħodu kienet abbord it-titjira tal-Air Malta lejn Gatwick, mietet wara sforzi biex isalvawlha ħajjitha.
Il-mara kienet f’titjira tal-Air Malta lejn Gatwick, meta waqt it-titjira ħassitha ma tiflaħx u l-Ajruplan niżel b’urġenza fl-ajruport ta’ ’Lyon, fi Franza, ftit qabel il-11.00am.
Il-passiġġiera ingħatat l-ewwel kura fl-ajruplan stess u qalbet għal sitwazzjoni stabbli. L-ewwel għajnuna madankollu ngħatat mill-ekwipaġġ Malti sakemm stennew lit-tobba u infermiera Franċiżi. Iżda l-isforzi li saru biex il-mara ssalva, kienu kollha għalxejn.
Persuni li kienu fuq l-ajruplan qalu lil Maltarightnow.com li minkejja l-kurżità ta’ ħafna, is-sitwazzjoni baqgħet kalma u taħt kontroll.
It-titjira kompliet lejn Gatwick fis-12:40pm.
//= $special ?>