Eks-ġellied mal-grupp Stat Iżlamiku (ISIS) li jaħsbu li hu Awstraljan, żvela li rnexxielu jaħrab minn mat-terroristi wara li ra l-esekuzzjonijiet xokkanti ta’ persuni mill-Punent fl-artijiet tas-Sirja.
Ir-raġel, li identifika lilu nnifsu bħala Abu Ibrahim, kien ikkonverta għall-Iżlam u dam sitt xhur jiġġieled bħala ‘ġiħadista’ mal-ISIS fl-artijiet Sirjani.
Hu jirrakkonta li ‘kienet qed togħġbu l-ħajja taħt il-liġi (Iżlamika) Sharia’ iżda filwaqt li approva l-qtil tan-nies lokali ‘għal delitti li jinkludu l-adulterju’, l-eskuzzjonijiet ta’ persuni mill-Punent kienu jħassbuh, u, għaldaqstant, iddeċieda li jitlaq ‘minn mal-kolt tal-qattiela (ISIS)’.
Ibrahim, li jaħsbu li għandu bejn it-30 u l-40 sena, kien jobgħod jara lit-terroristi tal-ISIS jaqtgħu l-irjus tan-nies li ma kenux ġellieda. Hu, intant, qabel li jagħti intervista lil ġurnalista tas-CBS, bil-kundizzjoni li leħnu kellu jinbidel u b’wiċċu ma jidhirx.
Iżda minkejja d-‘distortion’ tal-leħen, joħroġ ċar l-aċċent Awstraljan ta’ Abu Ibrahim waqt l-intervista, b’dan, fih innifsu, jista’ jindika għalfejn hu kien ħassu daqshekk ixxukkjat bil-qtil barbaru tal-persuni mill-Punent.
//= $special ?>