Internazzjonali

Franza jista’ jkollha l-ewwel finalista ta’ Miss France fuq siġġu tar-roti

Il-Franċiża Laurana Duhamel, ta’ 22 sena, tista’ tkun l-ewwel finalista fil-konkors ta’ Miss France 2015 fuq siġġu tar-roti u l-ewwel persuna b’diżabilità li tasal qrib, jew saħansitra tirbaħ, it-titlu prestiġġjuż.

Fil-21 ta’ Marzu li ġej it-tfajla, b’xagħrha twila u bjonda, se tippreżenta lilha nnifsiha għall-għażliet reġjonali taż-żona Oise f’Compiege fit-tramuntana tal-pajjiż. Diġà tfaċċat paġna fuq Facebook li turiha l-appoġġ.

Laurana kienet diġà ppruvat tieħu sehem fil-konkors ta’ sbuħija fl-2013 imma ma kienx irnexxielha. Is-sena ta’ wara xtaqet terġa’ tipprova imma l-ħolma tagħha sfat fix-xejn hekk kif kellha inċident f’Jannar tal-2014 li ħalliha mingħajr l-użu ta’ saqajha. Issa ddeċidiet li terġa’ tipprova.

Skont Laurana, “fl-aħħar mill-aħħar, saqajja huma r-roti, u forsi xi darba jerġa’ jirnexxili nimxi”.