L-attakkant internazzjonali Malti Andre’ Schembri kompla bil-forma eċċellenti tiegħu kemm ilu li rritorna f’Ċipru mal-klabb ta’ Omonia Nicosia meta lbieraħ skorja hat-trick fir-rebħa kbira 5-0 għand Karmiotissa Pano Polemidion fit-Tazza ta’ Ċipru.
Minkejja d-dominju li kellhom Omonia, li rebħu l-ewwel leg 2-0, skorjaw il-gowls kollha fit-tieni taqsima u kien Schembri li fetaħ l-iskor fil-50 minuta bl-istess Malti jagħmilhom 3-0 fit-68 minuta u jagħlaq ukoll il-logħba bil-ħames gowl u t-tielet wieħed personali fit-83 minuta.
B’hekk Omonia għaddew għar-round li jmiss 7-0 aggregate.
//= $special ?>