Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti pubblikati llum l-Erbgħa, 18 ta’ Frar.

IN-NAZZJON jirrapporta għaliex il-ħaddiema tal-Enemalta huma inkwetati bil-futur tagħhom. F’rapport ieħor naqraw illi l-Ispeaker Anglu Farrugia qed iqajjem tħassib dwar il-pjan tal-Gvern li jġib il-monti qrib il-Parlament.

THE TIMES OF MALTA tikkwota lill-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid illi in-Nazzjonijiet Uniti għandhom jibgħatu suldati fil-Libja. F’rapport separat, naqraw illi eks President ta’ klabb tal-futbol ammetta mal-MFA li kien involut f’korruzzjoni.

Il-gazzetta MALTA TODAY b’ritratt kbir ta’ wieħed mill-karrijiet tal-Karnival li ħadu sehem fil-Grand Defile tal-bieraħ.

THE MALTA INDEPENDENT tgħid illi l-Gvern Malti lest jipparteċipa fil-koalizzjoni kontra l-ISIS.

L-ORIZZONT jgħid li l-Kummissjoni Elettorali kienet maqsuma dwar jekk għandiex tappella kontra d-deċiżjoni li l-PN jingħata żewġ siġġijiet fil-Parlament – kellu jkun il-casting vote tal-Kummissarju Ewlieni Joseph Church li ddeċieda kollox, bil-vot jgħaddi 5 – 4.