Il-Gvern hu mħasseb bl-impatt li jista’ jkollu fuq l-industrja tat-turiżmu l-inkwiet u s-sitwazzjoni kif qed tiżviluppa fil-Libja u f’zoni oħra fir-reġjun.
Dan iddikjarah il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis meta fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu jikkonfermax jekk sforz tal-problemi li għaddejjin fil-Libja u f’zoni oħra fir-reġjun, kienx hemm kanċellament ta’ studenti li jiġu f’pajjiżna jistudjaw l-Ingliż, u jekk hemm tħassib mill-industrija lokali tat-tagħlim tal-Ingliż.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li qed iwieġeb b’mod diplomatiku għal din il-mistoqsija u qal li ma jafx b’kanċellament ta’ studenti, iżda kkonferma li hemm tħassib għaliex min qed jarana minn barra qed jara wkoll is-sitwazzjoni fir-reġjun.
Il-Ministru Zammit Lewis qal ukoll li s-sitwazzjoni f’pajjiżna hi sigura, u daqskemm kienet qabel, u saħaq li wieħed mill-fatturi li pajjiżna għandu jenfasizza aktar fis-settur turistiku hu li nbiegħu lil pajjiżna bħala destinazzjoni sigura.
//= $special ?>