Fi stqarrija il-Gvern ħabbar li l-Prim Ministru Joseph Muscat illejla kellu konversazzjoni bit-telefon mal-President tal-Eġittu Abdel Fatah el-Sisi.
Skont l-istqarrija, matul din il-konversazzjoni l-Prim Ministru esprima l-kondoljanzi tiegħu għall-qtil ta’ 21 Eġizzjan f’Sirte, fil-Libja, minn terroristi.
Id-diskussjoni bejn il-Prim Ministru u l-President iffukat fuq il-Libja u l-irwol tal-komunità internazzjonali għall-istabbiltà f’dan il-pajjiż.
Din it-telefonata saret fl-isfond tal-attakki mill-Eġittu fuq l-ISIS fil-Libja, wara li dawn qatlu 21 nisrani.
//= $special ?>