Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu żar partijiet mill-lokalità tas-Swieqi, li hi waħda mill-lokalitajiet fejn se ssir l-elezzjoni għall-Kunsill Lokali fil-11 ta’ April li ġej.
Hu żar diversi ħwienet fit-toroq ewlenin tal-lokalità, fosthom fi Triq is-Swieqi u fi Triq il-Qasam, kif ukoll osserva xogħolijiet li saru u li qed isiru mill-Kunsill Lokali.
Matul iż-żjara, Simon Busuttil kien akkumpanjat mill-Kelliem għan-Negozji ż-Żgħar, il-Manifattura, il-Kummerċ u s-Self-Employed Robert Arrigo, kif ukoll mill-Kunsillieri u l-Kandidati għall-Kunsill Lokali tas-Swieqi.
//= $special ?>