Internazzjonali Lokali

Ir-rappreżentant ta’ Tripli f’Malta b’dubji dwar il-filmat tal-qtil tal-insara

Għar-rapppreżentant tal-gvern Libjan ta’ Tripli f’Malta Hussian Musrati, l-Eġittu kellu jitlob permess mingħand l-awtoritajiet Libjani qabel jattakka l-istazzjonijiet militari tal-grupp terroristiku ISIS fil-Libja. Għal Musrati, dan l-attakk Eġizzjan fuq l-ISIS jammonta għal attakk terrostistiku.

F’intervista fil-programm ‘Iswed fuq l-Abjad’ fuq NET TV ppreżentat minn Frank Psaila, li se jixxandar illejla wara Newsfeed, Musrati tkellem dwar is-sitwazzjoni fil-Libja partikolament dwar l-attakk Eġizzjan fuq l-ISIS fil-Libja. Hu tefa’ wkoll dubji fuq il-filmat li juri l-qtil ta’ 21 Kristjan Eġizzjan mill-ISIS fil-Libja u qal li l-Eġittu kellu jivverifika l-awtenitiċita ta’ dawn il-filmati qabel jattakka lill-ISIS fil-Libja.

Filwaqt li ċaħad li l-gvern Libjan ta’ Tripli għandu xi konnessjoni mat-terroristi tal-ISIS, Musrati sostna li hemm min għandu skop li jxerreb aħbarijiet foloz u qarrieqa biex jagħmel ħsara lill-gvern Libjan ta’ Tripli.

Dwar Malta, Misrtai espriema dispjaċir li l-Gvern Malti mhux jirrikonoxxi lill-Gvrn Libjan ta’ Tripli u espriema xewqa li jitjiebu r-relazzjonijiet bejn il-gvern Malti u l-Gvern Libjan ta’ Tripli.

Mistoqsi dwar ir-rikonoxximent internazzjonali li għandu l-gvern Liban ta’ Tobruk u n-nuqqas ta’ rikonixximent għall-gvern Libjan ta’ Tripli, Musrati sostna li kienet il-qorti suprem Libjana li ddikjarat li l-gvern leġittimu Libjan għandu jkun dak ta’ Tripli.

Fil-programm l-ambaxxata Libjana tal-Gvern ta’ Tripli pproduċiet filmat li skont hi juri t-toroq ta’ Tripli. F’dan il-filmat it-toroq magħżula fi Tripli jidhru kalmi, bil-karrozzi jivvjaġġjaw u bin-nies u l-familji jgħixu ħajja normali.

Ir-rappreċentant Libjan Musrati sostna li l-media f’Malta u internazzjonali qed jagħtu stampa negattiva tal-Libja u ta’ Tripli meta, skont hu, anki l-iskejjel u l-ispartijiet qed joperaw b’mod normali fi Tripli, għalkemm mhux l-istess f’Benghazi.

Mistoqsi jekk il-Libja illum hix aħjar jew agħar minn meta kienet taħt Gaddafi, Musrati sostna li Gaddafi kien dittatur li jwettaq atroċitajiet fuq il-poplu Libjan u fejn il-poplu ma kellux demokrazija. Dwar l-immigrazzjoni rregolari, Musrati sostna li l-Gvern Libjan ta’ Tripli qed jagħmel dak kollu possibbli biex jiġġieled l-immgrazzjoni rregolari.

ISWED FUQ ABJAD-8324