Lokali

Jgħid mod u jagħmel ieħor

L-ewwel iwieġeb li f’seduta oħra se jgħid meta jippubblika r-rapport tal-Individual Investor Programme u fl-istess seduta jippreżenta r-rapport

Ir-rapport tar-Regolatur tal-Individual Investment Programme għas-sena li għaddiet tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta tal-bieraħ filgħaxija wara li fl-istess seduta tal-Parlament il-Gvern kien iddikjara fi tweġiba bil-miktub li kien se jagħti data ta’ meta ppubblika jew tqiegħed ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra f’seduta oħra.

Filwaqt li l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela fi tweġiba li ta lbieraħ bil-mitkub, qal li se jagħti l-informazzjoni mitlub f’seduta oħra, meta wasal il-ħin biex jitqiegħdu d-dokumenti li jkun irid ipoġġi l-Gvern fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapport kien ippreżentat fil-Parlament.

Il-mistoqsija lill-Gvern fil-Parlament saret mix-Shadow Minister Jason Azzopardi. Il-Gvern kien wiegħed li kellu jressaq dan ir-rapport is-sena li għaddiet.

Illejla fil-Parlament, il-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jkun qed jagħmel skrutinju dettaljat tal-kuntratt li sar ma’ Henley and Partners dwar l-Individual Investment Programme.