Karru tal-Karnival li pprova jgħaddi minn Triq Diċembru 13 spiċċa kkawża konġestjoni sħiħa tat-traffiku hekk kif dan ma setax jgħaddi minn taħt il-pont fl-istess triq.
Dan hekk kif il-karrijiet bdew jittieħdu lura lejn l-imħażen fi tmiem il-Karnival ta’ din is-sena.
Għal xi ħin filfatt wara dan il-karru nġema’ serbut twil karozzi sakhemm fuq il-post waslu l-Pulizija li bdew jidderieġu t-traffiku.
Persuni li joqgħodu fil-qrib spjegaw kif għal xi ħin inħoloq paniku, b’sewwieqa jpaqpqu l-ħornijiet.
Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates
//= $special ?>