Lokali

L-FOIPN tikkundanna l-aġir ta’ Glenn Beddingfield

Il-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-PartitNazzjonalista (FOIPN), iħoss li għandu jiddeplora l-imġiba ta’ Glenn Beddingfield, assistent tal-Prim Ministru, fil-konfront tal-komunità Musulmana. F’dawn iż-żminijet diffiċli li għaddejja minnhom id-dinja, kummenti diskriminatorji u dispreġġattivi fil-konfront ta’ xi reliġjon ma jagħmlux ġieħ u jtellfu l-għaqda u l-fraternità bejn il-bnedmin.

L-FOIPN qalet li filwaqt li  fid-dinja ċivilizzata tikkundanna bil-qawwa kollha t-terroriżmu, l-ebda reliġjon m’għandha tkun imxebbha man-Nażiżmu. Il-Forum FOIPN jaħdem bi sħiħ kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon u għaldaqstant jikkundanna r-‘retweet’ ta’ Glenn Beddingfield.

Din il-kundanna qiegħda issir mhux biss fuq il-messaġġ innifsu, iżda ukoll fuq il-fatt li l-pożizzjoni ta’ li għandu is-Sur Beddingfield iġġor responsabbilta’  kbira. F’dan id-dawl, l-FOIPN qiegħed jinsisti li l-Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx ma’ dak li qal l-Assistent tiegħu jew jekk hux se jieħu passi kontra min għadda dawn it-tip ta’ kummenti.