Il-holders Sevilla jilqgħu lil Moenchengladbach, bejniethom rebħu dan it-titlu ħames darbiet
Apparti ċ-Champions League, din il-ġimgħa tirritorna wkoll l-Europa League b’għadd ta’ partiti interessanti mir-round tal-aħħar 32.
Il-holders Sevilla se jkunu qed jiltaqgħu kontra Borussia Moenchengladbach u d-difensur Dominguez Sato jemmen li Sevilla hu l-aqwa tim li fadal fil-kompetizzjoni.
Dominguez, li hu Spanjol se jkun qed jirritorna pajjiżu llum għand Sevilla fir-Ramon Sanchez Pizjuan Stadium, fl-ewwel minn żewġ konfronti eċċitanti bejn iż-żewġ timijiet li bejniethom rebħu din t-tieni l-akbar kompetizzjoni tal-futbol fl-ewropa ħames darbiet.
Sevilla rebħu l-Europa League/Tazza UEFA għat-tielet darba fl-2014, wara s-suċċessi tal-2006 u l-2007 waqt li l-klabb tal-Bundesliga rebaħ il-kompetizzjoni fl-1974 u l-1979.
Sevilla mmexxija minn Unai Emery tilfu biss logħba waħda fi triqthom lejn il-fażi tan-knock-out u spiċċaw punt wara r-rebbieħa ta’ Grupp G, Feyenoord.
Gladbach mill-banda l-oħra, rebħu Grupp A bi tliet rebħiet u tliet draws.
Madankollu Dominguez poġġa pressjoni fuq l-Ispanjoli meta qal li huma l-aqwa tim u aħjar minn timijiet bħal Liverpool, Roma, Inter u Wolfsburg.
“Għalija hi ċara. Huma l-aqwa tim li fadal fil-kompetizzjoni. M’għandhomx plejer li jispikka imma għandhom difiża, midfield u attakk qawwi. Sevilla jiddefendu tajjeb u joperaw b’kontra-attakki veloċi li jixħtu pressjonifuq l-avversarji,” qal l-Ispanjol ta’ 25 sena.
Il-konfront bejn Sevilla u Moenchegladbach hu biss wieħed minn serje ta’ partiti nteressanti għal-lum.
Jibqgħu jittamaw
Liverpool, eliminati mill-fażi tal-gruppi taċ-Champions League, jilqgħu lil Besiktas f’Anfield bit-tama li jżommu ħajjin it-tamiet tagħhom li jirbħu unur dan l-istaġun.
Besiktas se jmorru Liverpool b’moral għoli wara rebħa 3-2 fuq Bursaspor imma sofrew daqqa ta’ ħarta wara li tilfu lill-gowlkiper Cenk Gonen għal xahar peress li weġġa’ l-ligamenti ta’ rkobbtu.
Roma, Tottenham u PSV Eindhoven kollha se jibdew dan ir-round f’darhom.
Roma se jkunu qed jilqgħu lil Feyenoord fil-kapitali Taljana bit-tama li sa flaħħar jagħtu wirja denja quddiem il-partitarji taghħom, Tottenham imorru għand Fiorentina waqt li PSV jiltaqgħu kontra Zenit f’Eindhoven.
Wolfsburg se jkunu qed jibbażaw fuq l-attakkant Olandiż Bas Dost li skorja erba’ gowls fir-rebħa 5-4 fuq Bayer Leverkusen il-ġimgħa l-oħra, meta l-Ġermaniżi jilqgħu lil Sporting Lisbon.
Celtic u Inter se jkunu qed jiltaqgħu għar-raba’ darba f’kompetizzjoni Ewropeja.
Napoli se jagħmlu vjaġġ fit-Turkija għand Trabzonspor b’Rafael Benitez jittama li jsir it-tieni kowċ fl-istorja li jirbaħ l-Europa League/Tazza UEFA tliet darbiet.
F’partiti oħra Everton jippruvaw jinsew id-disfatta fil-kampjonat domestiku meta jilagħbu għand Young Boys fl-Iżvizzera.
Ajax jilqgħu lil Legia Warsaw tal-Polonja, Olympiacos jilqgħu lil Dnipro Dnipropetrovsk u Athletici Bilbao imorru Turin bit-tama li jwaqqfu l-progress ta’ Torino.
Iċ-Champions tal-Coupe de France, Guincamp, jilqgħu lil Dynamo Kiev, Villarreal u Red Bull Salzburg jiltaqgħu ras imb’ras, AaB Aalborg jilagħbu għand Club Brugge waqt li Anderlecht jilqgħu lil Dynamo Moscow fil-Constant Vanden Stock Stadium.
//= $special ?>