Attivisti tal-Birdlife li huma mixlijin b’pusses illegali ta’ għasafar protetti li qalu li kienu sabu u ħadu għand il-“vet” għall-assistenza medika qalu fil-Qorti li xogħolhom hu li jsalvaw l-għasafar li kienu kkaċjati b’mod illegali minn għadd ta’ kaċċaturi.
L-attivisti qalu li bħala organiżazzjoni, l-Birdlife għandha l-għan u taħdem biex issalva kemm jista’ jkun għasafar wara li dawn ikunu sparati lejhom tiri u jispiċċaw feruti. Nicholas Barbara u Fiona Burrows xehdu dan fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Anthony Vella f’kawża li kienu fetħu kontrihom il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK).
Dawn, flimkien ma’ attivist ieħor Rupert Masefield, qegħdin jiġu mixlijin b’pusses ta’ għasafar protetti wara li dawn deheru f’ritratt fuq il-ġurnal The Times, iżommu għasafar waqt li kienu qegħdin jitkellmu kontra l-kaċċa llegali u l-mod kif qed issir f’Malta.
Sadanittant akkużi kontra Caroline Rance, kienu twaqqgħu mill-Pulizija stess wara li l-Prosekuzzjoni ammettiet li kien każ fejn din ma kellha x’taqsam xejn dwaru. Nicholas Barbara, il-Maniġer dwar il-Konservazzjoni tal-Birdlife, qal fil-Qorti li l-organiżazzjoni li huwa jimmilita’ fiha tirċievi rapporti ta’ għasafar li kienu sparati tiri lejhom minn membri tal-pubbliku li jmorru l-uffiċċini tagħhom b’għasafar milqutin.
Huwa qal li r-ritratt inkwistjoni kien intbagħat fil-5 ta’ Ottubru, flimkien ma’ stqarrija għall-istampa biex wieħed ikun aktar konxju dwar iż-żieda ta’ kaċċa li saret waħda lampanti u li b’mod regolari kienet qed tinkiser il-liġi dak iż-żmien.
Huwa qal li jumejn qabel ma kien inġibed ir-ritratt u li ċċirkulat mal-media, il- Birdlife irċiviet ammont mhux tas-soltu ta’ għasafar mejta jew feruti.
Ir-ritratt , fejn attivisti tal-Birdlife jidhru li qegħdin iżommu seba’ għasafar u li kien pubblikat fil-gażżetta “The Sunday Times of Malta” kien juri għasfur wieħed biss mejjet u li l-għasafar l-oħra kollha, minbarra Bugħadam Griż, u li dan kellu jitrraqqad minħabba l-gravita’ ta’ feriti li kellu.
Barbara kompla jgħid li meta jaslilhom għasfur ferut, l-attivisti tal-Birdlife l-ewwel jieħdu ritratt bħala prova tal-ispeċi u l-feriti viżibbli li jkollu, qabel ma jieħduh għal kura għand il-vet tagħhom li joffru s-servizz tiegħu mingħajr ħlas.
Wara li ssir djanjosi fuq dawn il-feriti, il-Birdlife tibgħat email lill-awtoritajiet, fosthom lill-Pulizija, l-MEPA u l-Ministeru tal-Ambjent, li jinfurawhom fuq dak li jkun ġara lil għasfur jew għasafar. Qal li tnejn mill-għasafar li kienu ir-ritratt u li nstabu ġewwa Ta’ Qali u Binġemma kienu “Common Kestrels”. Waħda kellha feriti fi ġwienħajha permezz ta’ tiri sparati u l-oħra kusr fil-ġewnaħ.
“Kestrel” żgħira kienet instabet ġewwa Ħal-Għaxaq u li din kienet għamja minn waħda. Din kellha wkoll feriment f’ġewnaħ. Il-Bugħadam Griż, kien instab f’Għajn Tuffieħa wara li kien intlaqat minn ċomba fin-naħa tal-lemin ta’ spallejha. Din fortunament salvat u tħalliet libera minn Kemmuna.
Kien hemm ukoll kuċċarda, li kienet rikoverata mill-Gozo Channel li kellha frattura f’waħda mill-ġwienaħ, filwaqt li kuċċarda oħra, mietet waqt li kienet qed tittieħed għand il-vet waqra li sofriet minn ġrieħi serji fuq in-naħa tal-ġwejnaħ tax-xellug. L-aħħar għasfur Daqquqa tat-Toppu, sadanittant kien instab fil-Baħrija, li kien intlaqat minn tiri fil-ġwienaħ tiegħu.
“Aħna m’aħniex nikkonterstaw il-fatt lin dawn huma għasafar protetti u li konna fil-pusses tagħhom iżda xogħolna hu li nsalvawhom,” Barbara qal fil-Qorti. Huwa qal ukoll li l-Birdlife saħansitra tirċievi telefonati mingħand il-Pulzija fuq għasafar milquta u li dawn jittieħdu fl-għasses tal-Pulizija.
Każ partikolario seħħ l-għada tal-Milied li għadda meta għasfur milqut ittieħed l-Għassa taż-Żejtun. Anke f’dan il-każ l-għasfur kellu jittieħed għand vet u wara jitraqqad.
Burrows, li dak iż-żmien kien jaħdem fl-uffiċċju tal-Birdlife, ikkolabora x-xhieda ta’ Barbara’s u qal li mhux dejjem wieħed jirnexxielu jsalva l-ħajja ta’ għasfur, imma dejjem l-għaqda tipprova. Il-każ mistenni jkompli f’Mejju li ġej biex jinstemgħu l-aħħar sottomissjonijiet. L-Ispettur Jurgen Vella mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Stephen Tonna Lowell deher għall-attivisti tal-Birdlife activists. L-Avukat Kathleen Grima deheret għal FKNK.
//= $special ?>