Adolexxenti li kien armat b’sikkina twila u martell meta spiċċa arrestat f’Londra matul is-sajf li għadda, instab ħati li kien qed jippjana ‘biex jaqta’ r-ras ta’ suldat Britanniku’.
Brusthom Ziamani, li għandu 19 il sena, kien anki qed iġorr ‘bandiera Iżlamika’ meta spiċċa arrestat, f’Awwissu, fl-inħawi tal-Lvant tal-kapitali Britannika.
Il-qorti semgħet li Ziamani ħa l-ispirazzjoni mill-qtil brutali tas-suldat Lee Rigby li, fl-2013, kien spiċċa mbiċċer minn żewġ militanti Iżlamiċi f’Londra. Intant, mifhum li l-adolexxenti kien ‘għamel riċerka partikolari’ dwar il-bażijiet għall-kadetti tal-Armata f’Londra, minbarra li ftaħar dwar kumplott ‘biex jinqatlu s-suldati’.
Il-qorti għandha tgħaddi l-verdett fuq Ziamani, li hu residenti ta’ Camberwell, f’Londra, fl-20 ta’ Marzu li ġej.
//= $special ?>