Is-sigħat ta’ overtime fil-Korp tal-Pulizija fl-aħħar xahrejn tas-sena li għaddiet, naqsu b’4,510 sigħat meta mqabbla mal-istess xahrejn ta’ Novembru u Diċembru tal-2013.
Dan jirriżulta minn informazzjoni li ta fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, fi tweġiba li ta għal mistoqsija tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Partit.
F’Novembru tal-2013, is-sigħat f’overtime kien ta’ 9,700 u f’Diċembru tal-istess sena 12,167 siegħa – total ta’ 21,867 siegħa f’xahrejn. F’Jannar tal-2014, is-sigħat f’overtime kienu 9,777.
Fl-aħħar xahrejn tas-sena l-oħra, filwaqt li f’Novembru l-overtime tal-Pulizija kien fl-istess ammont tas-sena ta’ qabel u laħħaq total ta’ 9,778 siegħa, fl-aħħar xahar tas-sena, f’Diċembru, l-overtime naqas b’ħafna sigħat għal total ta’ 7,579.
Dan ifisser li fl-aħħar xahrejn tas-sena li għaddiet, l-overtime naqas b’4,510 sigħat meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena ta’ qabel.
//= $special ?>