Kultura Kurżitajiet Lokali Mużika

Dalwaqt f’Malta… vjolin ‘Stradivarius’ ta’ 300 sena u li jiswa’ €10 miljuni

Vjolin li għandu 300 sena u li jiswa’ €10 miljuni, ser jkun qed jinġieb f’Malta fil-ġimgħa li ġejjin sabiex jindaqq fil-kunċert uniku ‘A Stradivarius Among Us’, mill-vjolinist ta’ fama mondjali s-Surmast Matteo Fedeli.

Filfatt, vjolin li nħadem mill-kreatur leġġendarju tal-istrumenti Antonio Stradivari fl-1715 ser jinġieb Malta hekk kif il-vjolin, flimkien mal-Maestro Matteo Fedeli, ser ikunu fuq vjaġġ madwar l-Ewropa u l-Amerika. Il-kunċert, bl-isem ‘A Stradivarius Among Us’, ser isir nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu fil-Katidral Anglikan ta’ San Pawl fil-Belt Valletta fit-8.30 ta’ filgħaxija, bil-flus miġbura minn din l-attivita’ imorru għal għaqdiet varji tal-kanċer.

Organizzat taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta u appoġġjat minn ‘Elekta’ u ‘Technoline Ltd’, ‘A Stradivarius Among Us’ hu kunċert uniku bid-daqq tal-vjolin ‘Antonio Stradivari 1715 ex Bazzini – De Vito’ mill-mużiċist ta’ fama dinija l-Maestro Matteo Fedeli. Flimkien mal-Maestro Fedeli ser ikun hemm ukoll l-‘Orchestra d’Archi e Coro Da Camera dell’Accademia Concertante d’Archi di Milano’, taħt id-direzzjoni tal-Maestro Mauro Ivano Benaglia.

“Wara xhur twal ta’ ħidma intensiva, ninstabu verament kuntenti li fl-aħħar nistgħu ngħidu li dan l-iStradivarius ġej Malta,” jgħid il-kordinatur tal-proġett, Marc Cabourdin minn TAC Theatre. “Din ser tkun opportunità tad-deheb għal ħafna biex jisimgħu strument li rarament jindaqq għall-pubbliku.”

Il-kunċert, li qed isir fl-okkażjoni tat-300 anniversarju minn meta nħoloq l-‘Antonio Stradivari 1715 ex Bazzini – De Vito’, ser ikun l-ewwel waqfa tat-‘tour’ madwar l-Ewropa u l-Amerika li l-Maestro Matteo Fedeli u l-vjolin ser ikunu qed jagħmlu flimkien.

“Il-Maestro Matteo Fedeli ddedika ħajjtu esklussivament għad-daqq tal-iStradivari,” jispjega is-Sur Cabourdin. “Għaldaqstant għandna nħossuna tassew ixxurtjati li Malta ser tkun waħda mill-ewwel pajjizi fid-dinja li ser tisma’ l-ħoss uniku u inkredibbli ta’ dan il-vjolin f’aktar minn 50 sena.”

Il-vjolin, li hu stmat li jiswa’ madwar €10 miljuni, ser ikun esebit fil-Palazz tal-President ġewwa l-Belt Valletta lejlet il-kunċert. Id-dħul għal din l-esebizzjoni ser ikun b’xejn.
Vjolin ‘Stradivarius’ mistenni jinġieb Malta fil-ġimgħat li ġejjin
Vjolin li għandu 300 sena u li jiswa’ €10 miljuni, ser jindaqq fil-kunċert uniku ‘A Stradivarius Among Us’, mill-vjolinist ta’ fama mondjali l-Maestro Matteo Fedeli.

Vjolin li nħadem mill-kreatur leġġendarju tal-istrumenti Antonio Stradivari fl-1715 ser jinġieb Malta hekk kif il-vjolin, flimkien mal-Maestro Matteo Fedeli, ser ikunu fuq vjaġġ madwar l-Ewropa u l-Amerika. Il-kunċert, bl-isem ‘A Stradivarius Among Us’, ser isir nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu fil-Katidral Anglikan ta’ San Pawl fil-Belt Valletta fit-8.30 ta’ filgħaxija, bil-flus miġbura minn din l-attivita’ imorru għal għaqdiet varji tal-kanċer.