Ħadd ma weġġa’ meta waqa’ saqaf ta’ binja fil-Fgura. L-inċident seħħ ftit wara 12pm, meta għal xi raġuni kkrolla s-saqaf waqt li xi ħaddiema kienu qed jagħmlu xogħol ta’ kostruzzjoni fil-binja, li tinsab fi Triq Hompesch.
Is-saqaf li waqa’ kien ta’ ħanut taż-żraben u l-aċċessorji, fejn fil-ħin tal-inċident kien hemm biss sidt l-istabbiliment. Hi kienet f’kamra żgħira fuq wara tal-ħanut u għalhekk, fortunatament ma ntlaqtitx mit-terrapien.
Bieb ma’ bieb mal-ħanut li ċedielu s-saqaf, hemm ħanut tal-laħam, li wkoll sofra ħsarat konsiderevoli fis-saqaf tiegħu. Preżenti kien hemm persuna li qed taqdi lin-nies u klijenta preżenti. Dawn ukoll ma weġġgħux, għalkemm il-klijenta kellha tingħata l-għajnuna medika minħabba x-xokk li sofriet.
Fil-post, waslu immedjatament membri mill-Korp tal-Pulizija, li ħadu ħsieb jikkontrollaw it-traffiku u anke qed jinvestigaw il-każ. Waslu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Aktar informazzjoni kif taslilna …
//= $special ?>