Kunsilli Lokali Lokali

Ikomplu jintlaqgħu n-nomini għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, 232 nomina sa nofs it-tieni jum

Illum qed ikomplu jintlaqgħu n-nomini għall-Kunsilli Lokali. In-nomini qed jintlaqgħu sa għada l-Ġimgħa fl-Uffiċċji tal-Kummissjoni Elettorali, f’Evans Building il-Belt u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat Għawdex, bejn id-9am u s-1pm, kif ukoll bejn it-3pm u s-7pm.

In-nomini qed jintlaqgħu għal min irid jikkontesta fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’34 lokalità madwar Malta u Għawdex: il-Birgu, l-Isla, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħ’Attard, Ħal Balzan, Ħad-Dingli, Birżebbuġa, il-Furjana, il-Gżira, Għajnsielem, Ħal Għargħur, il-Ħamrun, l-Iklin, Ta’ Kerċem, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, il-Marsa, Marsaxlokk, il-Mosta, il-Munxar, in-Nadur, Raħal Ġdid, il-Qala, Ħal Safi, San Ġiljan, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Santa Luċija, is-Swieqi, ix-Xagħra, iż-Żebbuġ u ż-Żurrieq.

Sas-1pm tal-lum waranofsinhar, intefgħu b’kollox 232 nomina … 117 f’isem il-Partit Nazzjonalista, 106 f’isem il-Partit Laburista, 7 f’isem l-AD u 2 Indipendenti.

Agħfas hawn biex tara l-lista sħiħa tal-kandidati s’issa.