Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, 19 ta’ Frar.

IN-NAZZJON ikompli jsegwi l-kontroversja tal-Belveder fin-Nadur. Illum dan il-ġurnal qed jirrapporta li n-Nadurin jinsabu sorpriżi bl-atteġjament tal-Kunsillieri u l-kandidati Laburisti – il-membri tal-PL fil-Kunsill astjenew meta ġew għall-vot.

THE TIMES OF MALTA b’rapport dwar il-messaġġ li għadda Mons. Charles Scicluna f’Ras ir-Randan. Hu tkellem dwar l-ISIS, u appella biex ma nħallux lil dawn il-militanti jimlew qlubna bil-biża’ u r-rabja.

THE MALTA INDEPENDENT tikkwota lill-Uffiċjal Kummirċjali ta’ Rynair jgħid illi l-AirMalta tista’ tisparixxi għal kollox jekk ma jkunx hemm tkabbir.

L-ORIZZONT jgħid li l-Isqof ta’ Benghazi Silvestro Magro se jkun qed jirritorna Malta fil-jiem li ġejjin sabiex jagħmel ftit jiem ta’ mistriħ f’pajjiżna.